10 modi biex it-tfal itejbu l-ħila mentali tagħhom

Pexels.com

L-iskola dalwaqt terġa’ tibda u għat-tfal dan ifisser żmien ta’ studju, homework u privatijiet. Imma dan m’għandux ikun żmien ta’ stress kontinwu. Hemm modi ta’ kif lit-tfal insibulhom opportunitajiet biex jirrilassaw u nuruhom li l-ħajja mhix studju biss. L-assoċjazzjoni Maltija dwar is-Saħħa Mentali ħarġet b’xi ideat biex wieħed itejjeb is-saħħa mentali tat-tfal. Hemm dawn l-10 modi:

1. Il-Board Games. Dawn ikabbru l-ħiliet soċjali tat-tfal.

2. Iż-żfin. Il-movimenti fiżiċi jnaqqsu d-dipressjoni.

3. L-arti. Żvog san kif wieħed juri l-emozzjonijiet tiegħu.

4. Il-qari. Iżid l-għarfien tat-tfal fihom infushom u l-ħila li wieħed jifhem u jaqsam kif ikun iħossu ħaddieħor.

5. In-knitting, il-crochet u l-ħjata jippromwovu l-attenzjoni għas-suġġetti.

6. Is-sajran li jkabbar il-focus ta’ dak li jkun.

7. Kitba ta’ stejjer jew ċajt. Itejjeb il-ħiliet biex wieħed jaħseb tajjeb waqt l-istudju.

8. Il-kant jew id-daqq ta’ strument. Dawn joħolqu sens li wieħed ikun iħossu tajjeb.

9. Mixjiet barra qalb in-natura. Inaqqsu l-livell tal-istress.

10. Il-logħob tat-taħbil-moħħ. Dawn l-eżerċizzji jtejbu l-ħila biex isolvi l-problemi.