10% mid-dħul ta’ Ġensna se jmorru għall-familja tal-ħaddiem li weġġa’

10% mid-dħul tal-biljetti għar-rock opera Ġensna se jingħataw lill-familja tal-ħaddiem li weġġa’ gravi meta kienu qed isiru xogħolijiet fuq il-palk.
Kienet ix-xewqa tal-President George Abela li dawn il-flus jingħata lill-familja ta’ dan il-ħaddiema, filwaqt li l-kumplament tad-dħul se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, ħaddiem ta’ 48 sena mill-Fgura weġġa' serjament meta ċediet parti mill-istruttura tat-tinda waqt li kien qed jintrama l-palk bi tħejjija għal Ġensna.
Indarbu wkoll erba’ ħaddiema oħra f’dan l-inċident.
L-organizzaturi tar-rock opera ingħaqdu mal-President f’solidarjetà mal-familji ta’ dawn il-ħaddiema.
Ir-rock opera Ġensa se tittella’ f’Ta’Qali fi tmiem din il-ġimgħa. 

Ritratt: Media Police