10 messaġġi tal-Papa Franġisku dwar il-ħabs

Il-websajt Universe of Faith ippubblikat 10 kwotazzjonijiet tal-Papa Franġisku fid-dawl tas-sitwazzjoni kurrenti fil-ħabs f’Malta.

L-ewwel kwotazzjoni ġejja mill-messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji għall-Paċi fl-2016.

1. Jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għixien

Il-Papa kien qal li għandhom jittieħdu miżuri prattiċi b’mod urġenti sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-persuni li jinsabu l-ħabs. Żied li l-pieni għandhom ikollhom l-għan li l-persuni jirriabilitaw ruħhom.

It-tieni u t-tielet kwotazzjoni, l-Papa kien qiegħed jindirizza Laqgħa Internazzjonali għad-Diretturi ta’ ħabsijiet fi ħdan il-Knisja Kattolika fl-2019

2. Offru l-opportunitajiet lill-priġunieri

Il-Papa Franġisku qal li huwa iktar faċli u komda li wieħed ma jħallix lil xi ħadd jagħmel xi ħaġa milli jedukah

3. Il-ħabs għandu jkollu orizzonti

Il-Papa qal li wieħed ma jistax iħallas id-dejn tiegħu lejn is-soċjetà minn ċella li m’għandix twieqi. Żied li l-ebda kastig m’għandu jkun mingħajr orizzjonti u ħadd ma jista’ jbiddel ħajtu jekk mhux jara raġġ ta’ tama.

Ir-raba’ kwotazzjoni l-Papa kien qiegħed jitkellem waqt l-udjenza ġenerali fid-9 ta’ Novembru 2016.

4. Għamel x’għamel persuna xorta jibqa’ maħbub minn Alla

Il-Papa qal li meta huwa jaħseb fil-persuni li jinsabu fil-ħabs, iżomm f’moħħu li Ġesù ma nesihomx. Żied li Ġesù jfakkar li ħadd ma għandu jiġġudika.

Il-ħames kwotazzjoni l-Papa kien qiegħed jitkellem fiċ-ċentru ta’ detenzjoni Guiseppe Salvia fl-2015.

5. Il-ħabs jista’ jkun post ta’ inklużjoni

Post bħal ħabs jista’ jkun post ta’ inklużjoni u stimulant għas-soċjetà sħiħa sabiex wieħed ikun iktar attent u ġust man-nies.

Is-sitt u s-seba’ kwotazzjonijiet ġejjin mill-Indirizz tal-Papa lill-Pulizija u l-ħaddiema tal-ħabs f’Settembru 2019.

6. Il-ħaddiema tal-ħabs jistgħu jibnu l-futur

Il-Papa rringrazzja lill-ħaddiema u l-pulizija tal-ħabs għax-xogħol tagħhhom speċjalment meta jkunu ta’ sapport għar-residenti meta l-aktar li jkunu vulnerabbli. Żied li dawn il-ħaddiema huwa l-bennejja tal-futur u jekk il-pedament ikun mibni fuq ir-rispett, is-soċjetà se tkun aktar sigura.

7. Ħaddiema tal-ħabs tkunux dimotivati

Il-Papa appella lill-ħaddiema tal-ħabs biex ma jkunu dimotivati minħabba n-natura tax-xogħol. Appella li fil-ħidma tagħhom għandhom iħossuhom magħqudin kemm mal-membri tal-familja kif ukoll mal-ħaddiema.

It-tmienja, d-disa’ u l-għaxar kwotazzjoni, il-Papa kien qed jindirizza lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għal-liġi penali fl-2014

8. Kultant persuni jabbużaw mill-poter ta’ persuni li m’għadhomx libertà

Il-Papa Franġisku qal li l-kundizzjonijiet ta’ ċertu ċentri ta’ detenzjoni huma inumani. Ħafna drabi dawn huwa riżultat ta’ nuqqas ta’ infrastruttura u pjanar. Filwaqt li hemm każijiet fejn persuni li għandhom il-poter jabbużaw minn dawk li m’għandhomx poter.

9. In-nuqqasijiet fil-ħabs iwasslu għal sofferenza mentali u fiżika

Waħda mill-forom ta’ tortura jinsab f’ħabsijiet fejn għandhom ħafna sigurtà u ħafna priġunieri jinsabu iżolati. Diversi studji juru li persuni li għandhom nuqqas ta’ kuntatt ma’ persuni oħra isofru minn problemi mentali u fiżiċi bħal paranoia, ansjetà u dipressjoni fost l-oħrajn.

10. It-torturi u l-abbużi għandhom jieqfu meta wieħed jikkommetti li jħares id-dinjità umana

Il-Papa Franpisku qal li t-tortura llum mhux ikkawżata biss bħala mezz biex jinkiseb għan speċifiku iżda bija tbatija miżjuda ma’ dik attwali tal-priġunerija. Din it-tbatija ma sseħħx biss f’ċentri ta’ detenzjoni jew kampijiet ta’ konċentrament imma wkoll fil-ħabsijiet, sptartijiet psikjatriċi u għases tal-pulizija fost l-oħrajn.

Tista’ tagħfas hawn biex taċċessa l-artiklu kollu