10 mejta wara li tiġġarraf fabbrika fil-Pakistan

Mill-inqas għaxar persuni sfaw mejta fil-belt Pakistana ta’ Lahore wara li ġġarrfet fabbrika li kien qed isir ix-xogħol fiha.
Uffiċjali qalu li servizzi tal-emerġenza jinsabu nkwetati minħabba li jista’ jkun hemm maqbud sa mitt ħaddiem.
Fil-post għaddejja missjoni ta’ salvataġġ kbira.
Għajjat għall-għajnuna jista’ jinstema anke minn taħt it-tifrik.