10 mejta u 70 midruba: spiċċaw fil-mira tal-forzi Torok

Minn tal-inqas ġew irrapurtati għaxar persuni mejta u 70 oħra midruba wara li kienu fuq convoy li spiċċa fil-mira tal-forzi Torok. Il-convoy kien magħmul minn ġurnalisti u ħaddiema lesti biex jagħtu l-għajnuna.

Nies oħra pajżana nqabdu fl-attakk li seħħ mal-fruntiera fit-Tramuntana tas-Sirja ġewwa l-lokal ta’ Ras al-Ain. Ħames persuni u ġurnalist huma fost il-persuni li ġew irrapurtati li nqatlu.

Waħda mill-ġurnalisti televiżivi ta’ France 2 kitbet fuq Twitter u qalet li kienet qed tivvjaġġa mal-convoy li spiċċa fil-mira tal-forzi Torok. Hi qalet li t-tim li kien magħha jinsab tatjjeb iżda xi kollegi mietu.

Id-Direttur tal-Osservatorju Rami Abdulrahman qal li l-attakk laqat persuni ċivili likienu waslu Ras Ras Ain mill-belt ta’ Qamishli biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lejn il-belt li waqgħat taħt il-forzi Torok fit-Tramuntana tas-Sirja.