Aġġornata: 10 mejta f’ħabta bejn żewġ ferroviji

Minn tal-inqas 10 persuni nqatlu u 15 oħra ndarbu wara ħabta bejn żewġ ferroviji.
Il-ferroviji pubbliċi ħabtu f’Beheira, fit-Tramuntana tal-Eġittu.
Skont id-direttur tas-sigurtà tal-provinċja, iż-żewġ vaguni nqalgħu minn ma’ ferrovija minnhom u ħabtu ġo ferrovija tal-merkanzija.
Il-poplu Eġizzjan ilu jilmenta mal-Gvern minħabba li m’hemmx miżuri tas-sigurtà b’saħħithom biżżejjed fl-istazzjonijiet hekk kif is-sistema tat-trasport hija antika ħafna.
F’Awwissu li għadda, ħabta simili qatlet 42 persuna u weġġgħet aktar minn 100 oħra.
Ritratt: Dailystar