10 LSA għal 15-il student fl-iskola primarja ta’ Marsaxlokk

Fl-iskola primarja ta’ Marsaxlokk hemm 10 ta’ Learning Support Assistant (LSA) għal 15-il student li jeħtieġu din l-għajnuna.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
Il-Ministru Bartolo qal li l-istudenti għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.