Read in English.
Fl-aħħar 24 siegħa, Malta kellha 10 każijiet ġodda tal-coronavirus, sitta minnhom b’rabta mal-festa ta’ Santa Venera.
Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.
L-erba’ każijiet l-oħra huma mill-komunità. Il-Ministeru tas-Saħħa qal li kważi l-ebda mill-pazjenti mħabbrin illum ma marru għax-xogħol meta kellhom is-sintomi.
L-ebda persuna ma fieqet, u b’hekk, Malta għandha 150 każ attiv.
Sal-bieraħ Malta kellha 140 każ attiv, li 85 minnhom kienu tal-immigranti li ddaħħlu Malta fl-aħħar jiem.
Minħabba ż-żieda fil-każijiet, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar għadd ta’ miżuri ġodda li daħlu fis-seħħ illum li jillimitaw l-attendenza għal attivitajiet tal-massa, fosthom li l-marċi tal-festi mhux se jsiru, il-pellegrinaġġi se jkunu limitati għal 100 persuna, u