10 itfal imutu b’sajjetta fl-Uganda

10 itfal mietu fil-Belt ta’ Arua, fil-Majjistral tal-Uganda wara li nlaqtu minn sajjetta.

It-tfal kienu qegħdin jilagħbu futbol meta qabdet nieżla xita qalila. Huma marru jistkennu taħt struttura tat-tiben li laqtitha sajjetta.

Disat itfal li kienu kollha bejn it-13 u l-15-il sena mietu fuq il-post, l-10 tifel miet waqt li kien qiegħed jittieħed l-isptar. Tliet itfal oħra li salvaw qegħdin jingħataw l-għajnuna medika fi sptar reġjonali.

Dan huwa l-agħar inċident li seħħ mill-2011 ‘l hawn. Fl-2011, kienu mietu 18-il persuna wara li ntlaqtu minn sajjetta. F’dik is-sena b’kollox kienu mietu 28 persuna.