10 immigranti ripatrijati lejn in-Niġerja

F’dawn l-aħħar tliet xhur, il-Pulizija Maltija mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni ħadet sehem fi tliet operazzjonijiet kongunti ta’ ritorn għal Lagos, in-Niġerja. Dawn l-operazzjonijiet ġew organizzati mill-awtoritajiet Norveġiżi, Olandiżi u Taljani u kienu kkordinati mill-Frontex.
F’dawn l-operazzjonijiet konġunti, Malta rripatrijat għaxar immigranti Niġerjani li kienu akkumpanjati minn skorta tal-Pulizija Maltija.
F’dawn l-operazzjonijiet konġunti, Malta ħadet sehem flimkien ma’ pajjizi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Parti sostanzjali mill-ispejjeż ta’ dawn it-titjiriet se jinħarġu minn fondi Ewropej.