​10 bus lanes f’Malta; xejn f’Għawdex

F’Malta hawn 10 karreġġjati speċjali li jagħtu prijorità lill-karozzi tal-linja. F’Għawdex ma teżisti l-ebda bus lane.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg, għall-mistoqsijiet Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.
Il-Ministru Borg ippreżenta l-lista tal-bus lanes u kopja tal-pjanta tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-bus/priority lanes jinsabu fil-Marsa: tnejn f’Aldo Moro, l-Imsida, il-Pietà, tnejn fil-Furjana, il-Gżira, Sliema Ferries, u tnejn il-Blata l-Bajda.
Il-Ministru qal ukoll li bħalissa m’hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti bus lanes ġodda.
Ritratt: TM