10 boroż ta’ studju għal min ikompli jistudja fl-oqsma pastorali

Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi skema ta’ boroż ta’ studju biex tgħin lil min jixtieq ikompli bl-istudji postgradwatorji f’oqsma pastorali.

Il-Kurja qalet li l-għan ta’ din l-iskema hu biex aktar lajċi jitħarrġu akkademikament ħalli jagħtu sehemhom fil-Knisja u fis-soċjetà.

Għas-sena akkademika 2018-2019, il-Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż ta’ €2,000 għal min japplika għal għadd ta’ korsijiet fuq bażi part-time fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Il-korsijiet li jaqgħu taħt din l-iskema huma dawn:

– Diploma Postgradwatorja fil-Psikoloġija Pastorali (Postgraduate Diploma in Pastoral Psychology)

– Master fit-Tmexxija Kattolika tal-Iskejjel (Master of Arts in Catholic School Leadership)

– Master fil-Formazzjoni tal-Fidi Nisranija (Master of Arts in Christian Faith Formation)

– Master fil-Ministeru Pastorali tal-Familja (Master of Arts in Family Ministry)

– Master fid-Dritt Kanoniku Matrimonjali (Master of Arts in Matrimonial Canon Law)

– Master fl-Istudji Reliġjużi (Master of Arts in Religious Studies)

– Master fl-Ispiritwalità (Master of Arts in Spirituality)

– Master fl-Akkumpanjament Spiritwali (Master of Arts in Spiritual Companionship)

– Master fit-Teoloġija (Master of Arts in Theology)

– Master fil-Ministeru Pastorali taż-Żgħażagħ (Master of Arts in Youth Ministry)

L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fil-15 ta’ Settembru 2018.

Aktar dettalji dwar l-iskema u l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq www.um.edu.mt/theology