10 barrieri b’permess għall-iskart ta’ kostruzzjoni

Arkivji

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħabret li ngħataw 10 permessi ambjentali lill-barrieri li jinsabu fil-limiti tal-Imqabba, is-Siġġiewi u l-Iklin biex dawn jibdew jintużaw biex fihom jintrema skart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini, u skart mhux perikoluż.

Wieħed minn dawn is-siti ingħata l-permess li jaċċetta skart mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini għal skop ta’ riċiklaġġ.

Il-permessi huma suġġetti għall-garanzija mill-bank bl-għan li taċċerta li jinżammu l-obbligi ambjentali. Il-permess fih ukoll l-kundizzjonijiet biex ix-xogħol jsir skont l-aqwa prattiċi ambjentali.

Skont l-istqarrija tal-ERA il-kundizzjonijiet jobbligaw lill-operturi jżommu ma’ numru ta’ parametri li jikkontrollaw il-kwalità tal-materjal li jista’ jiġi aċċettat fis-sit. Il-permessi jipprovdu wkoll għal numru ta’ obbligazzjonijiet ta’ moniteraġġ.