10 arrestati fil-Ġermanja; suspett li kienu se jwettqu attakk terroristiku

Prosekuturi fil-Ġermanja fi Frankfurt qalu li għaxar persuni ġew arrestati u li qed jiġu investigati fuq suspett li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku bl-użu ta’ karozza u armi tan-nar bl-għan li joqtlu kemm jista’ jkun nies.

Fi stqarrija, il-prosekuturi qalu li s-suspettati, li għandhom bejn l-20 u l-42 sena, ġew arrestati wara rejds mill-Pulizija fir-reġjun madwar Frankfurt. Ma ngħatawx dettalji dwar in-nazzjonalità ta’ dawk arrestati.

Is-suspettati prinċipali huma żagħżugħ ta’ 21 sena minn Offenback, belt qrib Frankfurt u żewġt aħwa ta’ 31 sena minn Wiesbaden li huma assoċjati mal-Komunità Iżlamika Salafista f’dik iż-żona.