10 affarijiet li m’għandekx tagħmel waqt li ssuq

Is-sewqan jista’ jkun perikoluż, daqs kemm jista’ jkun ukoll pjaċevoli. Kull sena, madwar id-dinja, numru kbir ta’ persuni jispiċċaw iweġġgħu jew jitilfu ħajjithom. Ħafna huma dawk li sfortunatament jaħsbu li huma kapaċi jagħmlu affarijiet oħra waqt li fl-istess waqt ikunu qed isuqu. Ħafna jemmnu li huma kapaċi jlaħħqu mas-sewqan u affarijiet oħra.

Iżda kemm minn dawn l-10 affarijiet tagħmlu waqt li tkunu qed issuqu?

1. Tibgħat il-messaġġi/tiċċekkja l-internet

Kif possibbli tista’ ssuq u tibgħat xi messaġġ fl-istess ħin? Waqt li qed tiffokka fuq il-messaġġ li qed tikteb jew tiċċekkja x’qed jitfgħu sħabek fuq il-Facebook, żgur ma tistax tara x’qed jiġri quddiemek. Ħalli l-mowbajl fil-but jew fil-basket għax ma taf qatt meta min qed isuq quddiemek se jagħfas il-brejk jew inkella jekk ikunx hemm xi ħadd, jew wisq aktar xi tfal, li jaqsmu bl-addoċċ.

2. Qatt tiddixxiplina lil uliedek waqt li qed issuq

Huwa fatt magħruf li t-tfal jitqarqċu aktar mis-soltu meta jkunu fil-karozza mal-ġenituri tagħhom. F’moħħhom wisq probabbli jafu li l-ġenituri mhux se jgħajtu magħhom. Iżda hemm ġenituri li mhux l-ewwel darba li jaqbdu jikkoreġu lil uliedhom li jkunu bilqiegħda fuq wara. Dan iwassal biex anki jkollhom idawwru ħarsithom għal dak li qed jiġri fis-seat ta’ wara. Imma tajjeb li nżommu f’moħħna li kollox jista’ jseħħ f’ħakka t’għajn u jkun tard wisq biex imbagħad nagħfsu l-brejk tal-karozza.

3. Tilbisx waqt li qed issuq

Mhux l-ewwel darba li naraw lil xi ħadd dieħel fil-karozza waqt li qed jilebs jew ibiddel xi glekk. Nidħku wkoll meta narawha fil-films. Forsi nazzardaw naħsbu li għax rajniha fil-films hija xi ħaġa li nistgħu nagħmlu. Izda le. Impossibble tibqa’ żżomm dritt l-isteering u tbiddel xi flokk jew xi ħwejjeġ oħra.

4. Tapplikax makeup jew tqaxxar il-leħja

Hey, I’m not texting. Surely this is safe.

Tinstema’ sitwazzjoni tad-daħk, iżda din hija xi ħaġa li tiġri fil-ħajja ta’ kuljum. In-nisa għandhom ħabta joqgħodu japplikaw il-make up waqt li qed isuqu. L-irġiel hemm min iġorr is-shaver u f’mument li jaħseb li jkun jinsab kwiet waqt li qed isuq, jaqbad iqaxxar ukoll! Però kif possibbli jista’ wieħed iserraħ moħħu li jista’ jagħmel dan waqt li qiegħed isuq?

5. Tiekolx u ssuq!

Generated by pixel @ 2019-09-11T10:09:22.705126

Tinstema’ faċli ħafna. Iżda jekk wieħed janalizza ħafna rapporti ta’ xi jkunu kkawżaw inċidenti tat-traffiku madwar id-dinja, insibu li hemm numru sostanzjali ta’ nies li kienu qed jieklu xi burger waqt li kienu qed isuqu. Hemm min jiekol ikel biż-żjut u dan il-fatt jagħmel is-sewqan aktar perikoluż. Mhux l-ewwel darba li min kien qed isuq iwaqqa’ fuqu u jaqbad jitfarfar, waqt li jinsa’ għal kollox li jkun qed isuq fl-istess ħin!

6. Tippruvax tnewwel xi ħaġa

Tista’ tkun qed issuq u tiddeċiedi li trid xi CD biex iddoqqq, jew inkella trid xi ħaġa li qed fis-seat ta’ ħdejk, f’ta wara, jekk mhux ukoll fil-hand bag. Bla ma rridu niddistrattaw irwieħna, b’kaġun li ma nibqgħux iffukati fuq is-sewqan. Anki sitwazzjonijiet żgħar bħal dawn iwasslu biex jikkaġunaw xi incident.

7. Torqodx!

Nafu li m’għandnix norqdu waqt li nkunu qed insuqu. Hemm min jaħseb li mbilli jixrob xi kafè, jew iżżomm il-mużika għolja jkun qed jagħmel mezz biex ma tmurx għajnejh bih. Iżda l-għajja tal-ġisem diffiċċli biex tikkontrollaha kultant u huwa fatt magħruf li hemm min xorta jispiċċa biex jorqod minkejja l-mużika għolja u l-kafè li jkun qed jixrob.

8. Tixrobx alkoħol

Iva! Din hi regola li kulħadd jaf… jew aħjar suppost jaf! L-effett tal-alkoħol jista’ jeffettwa l-mod kif taħseb waqt li qed issuq. Faċli, tixrobx jekk se ssuq. Jew jekk se tixrob, irkeb ma’ persuna oħra li ma tkunx xorbot. Il-ħajja sabiħa wisq!

9. Issuqx b’irkopptok

Le, mhux ċajta! Hemm min jaħseb li jista’ jlaħħaq ma’ kollox waqt li qed isuq. Mhux l-ewwel darba li kien hemm min li biex ikun jista’ jagħmel affarijiet b’idu, jieħu pożizzjoni biex isuq b’irkopptu. Iżda fil-verità, qatt ma tista’ jkollok qabda sew bl-irkoppa bħal ma jkollok meta żżomm l-isteering f’idejk. Kull ma jkun hemm bżonn huwa nitfa’ ta’ distrazzjoni jew inkella xi wieħed li jitlef il-kontroll tal-karozza li tkun quddiemek biex inti stress tispiċċa ħażin.

10. Qatt m’għandu jkollok telefonata kommoventi

Huwa illegali li żżomm il-mobile f’idejk waqt li qed issuq. Illum jeżistu wkoll mezzi oħra, fosthom anki l-użu li tista’ titkellem fuq speaker. Però hu x’inhu, li żżomm konversazzjoni waqt li tkun qed issuq hija distrazzjoni fiha nfisha, u wisq aktar perikoluża li jekk ikollok konversazzjoni mqanqla u kommoventi tista’ twassal għal inċidenti xejn sbieħ.