10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-kindergarten f’pandemija

Il-Ministeru għas-Saħħa llum ippubblika l-linji gwida għall-kindergarten, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew ippubblikati l-linji gwida għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel. Dawn se jerġgħu jiftħu fit-28 ta’ Settembru.

Fost il-linji gwida, jispikkaw dawn l-10 ewlenin:

  • Il-massimu ta’ tfal fil-Kinder 1 hu 15; il-massimu fil-Kinder 2 hu 19
  • Għandhom jitwaħħlu posters ta’ kif it-tfal għandhom jaħslu jdejhom
  • Il-ġenituri ta’ tfal vulnerabbli għandhom jiddiskutu ma’ tabib u mal-amministrazzjoni tal-iskola jekk uliedhom għandhomx jattendu għall-iskola
  • L-għalliema għandhom jilqgħu lit-tfal barra jew fiż-żona tar-reception biex dawn imorru dritt fil-klassi
  • Pushchairs mhumiex aċċettati ġol-iskola, ħlief għal tfal b’diżabbiltà
  • Affarijiet essenzjali bħall-ġugarelli mhumiex permessi, ħlief materjal edukattiv għal tfal b’diżabbiltà
  • Il-lunchboxes u l-fliexken tal-ilma jridu jintmesħu malli t-tfal joħorġuhom mill-basket; ikel li ma jittikilx m’għandux jintbagħat lura d-dar, imma jintrema; huwa inkoraġġit l-użu ta’ kontenituri li jintremew
  • Xħin it-tfal jieħdu nagħsa, idealment ikunu żewġ metri ‘l bogħod minn xulxin
  • L-għalliema jridu jikkomunikaw mal-ġenituri elettronikament u ma jibagħtux noti
  • Ħarġiet mhumiex permessi
Il-linji gwida dwar l-iskejjel primarji u sekondarji
Filmat: 10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-ftuħ tal-iskejjel

Apparti dawn ir-regoli, japplikaw dawk imħabbrin diġà għall-iskejjel, fosthom l-użu tal-maskri u li t-tfal jibqgħu fl-istess grupp u ma jitħalltux.

Tfal ta’ taħt tliet snin ma jridux jilbsu maskra, iżda dawk fil-kindergarten, minn 3 snin ‘il fuq, iridu jilbsuha sakemm ikunu barra u mbagħad ineħħuha ladarba jkunu fil-klassi. L-għalliema u l-LSEs iridu jibqgħu bil-maskra l-ħin kollu.

Ara x’inhuma jagħmlu skejjel differenti
Kif qed jippreparaw l-iskejjel biex jilqgħu lura l-istudenti?

Aqra l-lista sħiħa tal-linji gwida hawn.