10.8% żieda fin-numru tal-passiġġieri li għaddew mill-MIA f’Settembru

In-numru tal-passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta matul ix-xahar ta’ Settembru żdied b’10.8% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

F’Settembru għaddew 452,294 passiġġier mill-MIA.

Fuq medda ta’ disa’ xhur l-Ajruport irreġistra żieda ta’ 9% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

B’kollox kienu 3.2 miljun il-passiġġieri li għaddew mill-MIA mill-bidu tas-sena.

L-aktar swieq importanti kienu dawk Ġermaniż u Taljan, b’żieda ta’ 33.7% u 19.1% rispettivament.

Is-suq Franċiż irreġistra żieda ta’ 14.9% filwaqt li dak mir-Renju Unit żdied b’1.1%. Mill-banda l-oħra is-suq Spanjol irreġistra tnaqqis ta’ 6.4%.