10,000 tifel u tifla b’xewqat dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent

Aktar minn 10,000 xewqa miktuba minn tfal u żgħażagħ Maltin ġew mgħoddija lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), għall-kunsiderazzjoni waqt it-tfassil tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent.
Ix-xewqat inġabru permezz tal-proġett The Wishing Thread li sar parti mill-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u għaż-Żgħażagħ, ŻiguŻajg.
Il-proġett kien jikkonsisti fit-tpoġġija ta’ siġar u pjanti indiġeni għal Malta madwar il-Belt Valletta. It-tfal ġew imħeġġa jinsġu ħjut ikkuluriti tul il-masġar u jwaħħlu mas-siġar xewqat, tamiet u aspirazzjonijiet għall-
maħbubin tagħhom.
Aktar minn 10,000 tifel u tifla ħadu din l-opportunità biex jgħaddu wkoll messaġġi qawwija ta’ tama għan-natura u għall-ambjent.
Photo credit: Elisa Von Brockdorff