10,000 militanti tal-ISIS maqtula f’9 xhur

Iktar minn 10,000 militant tal-Istat Iżlamiku nqatlu fl-aħħar disa’ xhur b’riżultat tal-attakki mill-ajru u l-ħidma tal-koalizzjoni kontra l-ISIS.
Din id-dikjarazzjoni għamilha l-Viċi Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken f’Pariġi wara laqgħa tal-koalizzjoni internazzjonali li fiha ssaħħaħ l-impenn biex jiżdiedu l-isforzi kontra t-terroristi fl-Iraq u fis-Sirja.
Il-pajjiżi rappreżentati fil-laqgħa taw l-appoġġ tagħhom għall-pjan tal-Prim Ministru Iraqi biex jirbaħ lura l-belt ta’ Ramadi li nħatfet mill-militanti tal-Istat Iżlamiku x-xahar li għadda.
Imma mir-reġjun għadhom ħerġin aħbarijiet koroh hekk kif il-militanti għalqu l-provvista tal-ilma propju f’Ramadi u fl-inħawi qrib tagħha biex iġagħlu lin-nies tal-post iċedu l-armi.
Jidher li l-pjan tal-militanti hu li jattakkaw żewġt ibliet oħra fil-qrib, li huma Khaldiye u Habbaniya.