1% tad-dinja sinjuri daqs id-99% l-oħra flimkien – Oxfam

Skont l-organizzazzjoni ta’ karità Oxfam, l-iktar 62 persuna sinjura fid-dinja għandha ġid daqs nofs il-popolazzjoni tad-dinja l-iktar fqira.
Ir-rapport juri li fid-dinja hemm 1% tal-popolazzjoni li għandha ġid daqs id-99% l-oħra kollha flimkien.
Juri wkoll li fl-aħħar ħames snin, il-fqar komplew jifqaru u s-sinjuri komplew joktru fil-ġid.
Ir-rapport jisħaq li minkejja appelli minn diversi, fosthom mill-Papa Franġisku, biex tinbidel ix-xejra tal-inugwaljanza, ftit li xejn sar bil-fatti.