1 minn kull 4 persuni f’Malta għandu arma liċenzjata

Teżisti arma liċenzjata għal wieħed minn kull erba’ persuni f’Malta. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru qal li l-ammont ta’ armi tan-nar liċenzjati mal-Pulizija sal-14 ta’ Lulju 2020, kien ta’ 129,850.

Il-liċenzja toħroġ lill-persuni biex iżommu armi tan-nar bħala kollezjoni jew għal skop ta’ kaċċa jew sport.

Il-liċenzja tal-kollezzjonisti tal-armi ma tippermettix li joħorġu b’arma, anki jekk tkun reġistrata. Fil-maġġoranza tal-armi liċenzjati hemm dawk għall-kaċċa tal-għasafar fuq l-art. Liċenzji oħra nħarġu għall-kaċċa fuq il-baħar u għall-kaċċa tal-fenek.