1 imut, 5 gravi f’test ta’ mediċina ġdida fi Franza

Fi Franza, persuna hi klinikament mejta u ħamsa oħra jinsabu f’kundizzjoni gravi wara li ħadu sehem f’esperiment ta’ mediċina ġdida.
Skont l-istazzjon televiżiv TF1, ikkonfermat iktar tard mill-Gvern Franċiż, l-esperiment kien f’kumpanija privata li ilha 20 sena tagħmel testijiet għall-industrija tal-farmaċewtika.
Ġie rrappurtat li l-mediċina l-ġdida hi bbażata fuq il-kannabis.
Il-voluntiera ta’ dan il-programm twaqqfu milli jieħdu sehem fl-esperiment u l-prova tal-mediċina twaqqfet.