1,863 student u studenta jtemmu b’suċċess korsijiet mill-MCAST

Bejn l-2011 u l-2012, total ta’ 1,863 temmew b’suċċess il-kors full-time tagħhom fl-MCAST.

Din il-ġimgħa, 698 student qed jirċievu ċertifikati wara li temmew b’suċċess wieħed minn madwar 40 kors differenti , fosthom dawk ta’ diploma u ‘extended diploma’. Fil-jiem ta’ wara, 1,046 student se jirċievu ċertifikati għal xi wieħed minn 47 kors differenti fosthom l-‘Introductory Certificate’ u l-‘Foundation’. L-istudenti temmew korsijiet fl-agrikummerċ, fix-xjenza applikata, fl-arti u d-disinn, fl-inġinerija tal-bini u l-kostruzzjoni, fin-negozju u l-kummerċ, fis-servizzi fil-komunita’, fl-inġinerija elettrika u elettronika, fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, fl-inġinerija mekkanika, u fl-istudji marittimi.

Aktar minn 72% tal-istudenti li qed jirċievu dawn iċ-ċertifikati matul dan ix-xahar qed ikomplu l-istudji tagħhom f’livelli aktar avvanzati fl-MCAST stess.