1.8 miljun tifel u tifla jgħixu f’inċertezza f’Minandao

Tfal jgħixu f'inċertezza kbira f'Minandao u żoni oħra ta' kunflitt

Madwar żewġ miljun tifel u tifla qed jgħixu f’inċertezza kbira għax qed jgħixu fi djar imkissra u jmorru fi skejjel imfarrka filwaqt li l-ġenituri tagħhom m’għandhoxm impjieg sod u bilkemm għandhom biex jgħixu, sentejn wara assedju li dam sejjer ħames xhur f’Marawi, fin-nofsinhar tal-Filippini.

Il-Kap Eżekuttiv tas-Save the Children tal-Filippini qal li l-kunflitt armat f’Minandao qed ikompli jpoġġi lit-tfal f’riskju għal ħajjithom jew korriment u joħolqilhom trauma kbira.

Għalhekk Save the Children bdiet ħidma ta’ emerġenza biex tipprovdi għall-bżonnijiet ta’ dawn it-tfal u l-familji tagħhom għax minn Frar ‘l hawn reġa’ beda xi ġlied fi tliet bliet tal-inħawi.

Infatti bejn Frar u Marzu in-numru ta’ tfal bla dar f’dawn il-provinċji żdied għal 77,000 persuna.

Save the Children flimkien mal-Gvern lokali, il-Mexxejja tal-Knisja Kattolika, komunitajiet u familji fakkru l-assedju ta’ ħames xhur li farrak u witta’ l-belt ta’ Marawi li qabel kienet belt mimlija attività u negozju.

420 tifel u tifla jgħixu f’żoni ta’ kunflitt

Dan l-aħħar, Save the Children, bll-appoġġ ta’ organiżazzjonijiet tal-Knisja Kattolika bdiet kampanja bit-tema “Waqqfu l-gwerra fuq it-Tfal” biex tqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjonijiet li jinsabu fihom madwar 420 tifel u tifla, – wieħed minn kull ħamest itfal fid-dinja – li qed jgħixu f’żoni ta’ kuflitt. Ir-rappreżentant tas-Santa Sede fin-Nazzjonijiet Uniti, ressaq dan is-suġġett għad-diskussjoni f’diversi okkażżjonijiet.

Il-Kap Ezekuttiv tal-organizazzjoni fil-Filippini qal li l-ġlied f’Mindanao qed javvrava s-sitwazzjoni tal-ġuħ u nuqqas ta’ ikel fost it-tfal, l-aktar dawk taħt il-5 snin.

Statistika ta’ Save the Children turi li fid-dinja, in-numru ta’ mwiet ta’ tfal taħt il-5 snin,  kaġunti minn gwerer tela’ għal 870,000 bejn l-2013 u l-2017, ħames darbiet aktar mill-ġellieda adulti li mietu fl-istess perjodu.

Save the Children hi nkwetata dwar is-saħħa ta’ 3.6 miljun persuna li jgħixu fir-reġjun awtonomu f’Mindanao li kollha huma esposti għall-ġlied. Nofs dawn il-persuni huma tfal.

L-Edukazzjoni prijorità 

Fl-aħħar sentejn Save the Children u l-Knisja għenu madwar 22,000 tifel u tifla billi tawhom materjal edukattiv u ħolqu spazju temporanji għat-tagħlim biex it-tfal ikunu jistgħu jkomplu jedukaw ruħhom u jkollhom servizzi psikosoċjali biex jgħinuhom fit-trauma kaġunata mill-kunflitti. Lil dawn in-nies qed jipprovdulhom ukoll l-għixien u programmi ta’ mpjieg għall-ġenituri tagħhom.