1,600 jinqatlu fis-Sirja fl-aħħar xhur

F’4 xhur inqatlu 1,600 persuna f’Kobani fis-Sirja fejn għadhom jissoktaw battalji ħorox anke jekk fl-aħħar ġimgħat ma tantx sabu l-attenzjoni tal-istampa internazzjonali.
L-għaqda mhux governattiva Osservatorju għad-Drittijiet tal-Bniedem qalet dan waqt li żiedet li l-militanti tal-Istat Iżlamiku qed iħarrxu l-ġlied kontra l-forzi Kurdi li qed jippruvaw jiddefendu l-belt.
Il-vapuri bl-immigranti li tħallew weħidhom fil-Mediterran ġimgħatejn ilu kienu mimlija b’mijiet ta’ immigranti Sirjani.