​1,593 persuna tweġġa’ fuq ix-xogħol f’sitt xhur

Rapport tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm 1,593 persuna li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol.
Dan ifisser tnaqqis ta’ 19-il persuna li weġġgħu, jew 1.2%, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Fl-istess sitt xhur, persuna waħda tilfet ħajjitha fuq il-post tax-xogħol.
Il-maġġoranza tal-inċidenti seħħew fil-manifattura bi kważi 17% tal-każi. 242 każ ieħor seħħ fil-konstruzzjoni u 15% tal-każi kienu fit-trasport u xogħol ta’ ħażna.
26% tal-inċidenti seħħew f’intrapriżi li jimpjegaw aktar minn 500 persuna.