1,500 umbrella mdendla fuq Ħaż-Żabbar

Il-każini tal-banda ta’ Ħaż-Zabbar ingħaqdu flimkien f’inizjattiva mhux tas-soltu fejn matul il-lejl li għadda tellgħu 1,500 umbrella fil-lokalità.
Dan it-tiżjin jagħti laqta ta’ kuluri lit-toroq Żabbarin, fejn fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali, għaqqad f’għan komuni lill-baned differenti.
Din saret bi thejjija għall-avveniment Crossroads li se jsir Ħaż-Żabbar stess nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju.
Il-baned li ħadu sehem huma s-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiæ Żabbar A.D. 1883, Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar u l-Grupp Armar Żabbar AD 1988.