1,500 operazzjoni fil-jum tal-Ħadd fi 8 xhur

Fil-jum tal-Ħadd, f’perjodu ta’ tmien xhur saru 1,516-il operazzjoni.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, meta fil-Parlament fl-aħħar ġimgħat ippreżenta ċ-ċifri għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Awwissu li għadda.
Ikkonferma li dawn l-operazzjonijiet għadhom isiru kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-Ministru Fearne kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Laburista Silvio Grixti.
Grixti staqsa wkoll dwar kemm-il operazzjoni saru fl-istess perjodu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, bil-Ministru Fearne jgħid li t-total ta’ operazzjonijiet f’dan iċ-ċentru qabżu l-2,000 waħda.