1,500 barrani mistennija għal festival f’Għawdex

Festival Gozo

Madwar 1,500 viżitatur mistennija jmorru Għawex għall-festival ‘Abode on the Rock’ bejn it-8 u l-10 ta’ Ġunju.
Fi stqarrija, il-Ministeri għat-Turiżmu u dak għal Għawdex qalu li dan il-festival huwa popolari mas-suq Ingliż.
Hija l-ewwel darba li dan l-avveniment qiegħed isir fil-Mediterran. Abode huwa mistenni li jħalli impatt totali ta’ madwar €630,000 fl-ewwel sena. 
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) qalet li se tkun qiegħda tippromwovi l-festival tourism f’Għawdex
Wara l-Gozo Alive, il-Ministru Caruana qalet li l-mira ta’ avveniment differenti kull xahar qed tintlaħaq. 
Ritratt: Abode