1.5 biljun persuna jagħmlu użu mill-Facebook

Huma aktar minn 1.5 biljun il-persuni li jagħmlu użu mill-Facebook u minnhom mal-biljun jidħlu fis-sit regolari kuljum.
Dan ifisser żieda ta’ 14% fuq is-sena li għaddiet.
Il-kumpanija ta’ Mark Zuckerberg ħabbret dan meta żvelat kif il-profitti għat-tielet kwart tas-sena żdiedu bi 11% għal €818 miljun.
78% tal-dħul tal-Facebook ġej mir-reklamar u 78% minnhom jaslu permezz tal-app fuq il-mowbajl.
Sar magħruf ukoll li huma aktar minn 12,000 il-persuni li jaħdmu ma’ Facebook.
Zuckerberg qal li hawn min qed jinduna li żdiedu r-reklami fuq is-sit l-ieħor tal-Facebook, Instagram.
Qal li għalkemm Instagram huwa immirat lejn il-mezzi soċjali bir-ritratti, ir-reklami huma parti mill-istrateġija biex jissaħħaħ id-dħul tal-Facebook.