1,400 tifel u tifla jirċievu l-allowance ta’ diżabilità għat-tfal

Madwar 1,400 tifel u tifla jirċievu l-allowance ta’ diżabilità għat-tfal.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonniċi.
Matul l-2016 kien hemm 976 tifel u 409 ibniet jirċievu l-benefiċċju ta’ €20 fil-ġimgħa għal spiża totali ta’ €1,377,623.70.