1.39 biljun “ħabib” fuq Facebook…daqs kemm jgħixu nies fiċ-Ċina

Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, fuq Facebook b’kollox kien hemm mal-1.39 biljun “ħabib”. 
Dan ifisser li fuq Facebook hemm nies daqs kemm hemm nies jgħixu fiċ-Ċina. 
Minn statistika ppubblikata fl-Istati Uniti ħareġ li 1.19-il biljun minnhom jużaw Facebook minn fuq il-mowbajl. 
Mas-700 miljun persuna jagħmlu parti minn xi grupp fuq Facebook waqt li 500 miljun persuna oħra jużaw il-messenger.
 Mark Zuckerberg, wieħed mill-fundaturi ta’ Facebook, qal li se jkompli jaħdem biex id-dinja tiġi aktar pajjiż wieħed.
Taħt il-kappell ta' Facebook jaqgħu wkoll WhatsApp u Instagram.  
700 miljun persuna niżżlu WhatsApp u fuq Instagram hemm mat-300 miljun persuna oħra.