1,360 jistennew post f’dar tal-anzjani tal-Gvern

Preżentement hemm 1,360 persuna anzjana tistenna biex tidħol f’dar tal-anzjani tal-Gvern.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-Mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Farrugia qal li bejn April 2013 u Diċembru 2015, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, irċieva 3,825 applikazzjoni għal dħul f’residenza tal-Gvern, għall-anzjani – medja ta' 116 applikazzjoni fix-xahar.
Minbarra l-persuni li qed jistennew post biex jidħlu fid-djar tal-anzjani, hemm ukoll 768 applikazzjoni on hold għal raġunijiet differenti bħal meta l-anzjan inkwistjoni ma’ jkunx interessat li jidħol f’residenza għall-anzjani b’effett immedjat meta jingħata l-possibilità, jew għaliex l-assessment juri li l-persuna tkun indipendenti.
Fl-istess perjodu kien hemm ukoll 158 applikazzjoni rtirata b’mod volontarju.