1,300 spezzjoni għad-droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena, saru madwar 1,300 spezzjoni relatati ma’ droga u aktar minn 700 test tal-urina fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.
Fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li f’Jannar saru 177 spezzjoni, f’Marzu 310 spezzjoni, bil-medja tkun ta’ 259 spezzjoni fix-xahar.
Dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw f'sejbiet ta’ droga f’Marzu u April. F’Marzu instabet eroina u ħaxixa waqt li f’April instabet eroina u droga sintetika. It-testijiet tal-urina saru b’medja ta’ 142 test fix-xahar.
Il-Ministru fisser li kull min jirriżulta pożittiv jew jirrifjuta li jagħti kampjun tal-urina jittieħed 28 ġurnata remission, filwaqt li jinqatgħu l-privileġġi għal tliet xhur.