1,188 ġenitur imressqa l-qorti fuq assenteiżmu ta’ wliedhom

Matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm 1,188 każ ta’ ġenituri li tressqu l-Qorti għaliex naqsu li jibgħatu lit-tfal tagħhom l-iskola. Dan kien l-anqas numru ta’ każi mis-sena skolastika 2009-2010.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Impjiegi Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech. Il-maġġoranza assoluta tal-każi, jew 96% kienu jirrigwardjaw każi ta’ assenteiżmu fi skejjel tal-Gvern. Kien hemm ukoll 31 każ ta’ ka’i ta’ assenteiżmu fi skejjel tal-Knisja u għaxra fi skejjel privati. Żewġ każi minn kull tlieta kienu ta’ tfal fi skejjel sekondarji.