1,172 familja liċenzjati bħala host families

1,172 familja fil-gżejjer Maltin huma liċenzjati biex jospitaw studenti barranin li jistudjaw l-Ingliż f'Malta, jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala host families.
Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. 
Terz ta’ dawn jinsabu fi tliet lokalitajiet: Tas-Sliema, is-Swieqi u San Ġiljan b’144, 132 u 102 familji rispettivament.
L-għadd ta’ familji f’Għawdex għall-kuntrarju, huma biss 31.
Tmien lokalitajiet għandhom familja waħda li hija host family. Hemm ukoll 13-il lokalità b’żewġ familji u żewġ lokalitajiet bi tliet familji kull wieħed.