Iċ-Ċerpersin ta' Hospice Malta Maria Gatt ħabbret li fl-2017 1,157 pazjent użaw is-servizzi tal-Hospice. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali Gatt qalet li l-Hospice qiegħda fil-proċess li ssaħħaħ l-operat tagħha biex tkun tista' tipprovdi aktar servizzi. Fissret kif l-akbar proġett li se tkun qed taħdem fuqu huwa l-kumpless fil-komunità f'Santa Venera. Wara ftehim mal-Knisja biex il-post jgħaddi f’idejn il-Hospice, biex isirlu x-xogħol meħtieġ, se jinbidel f'kumpless li jipprovdi servizzi matul il-jum, kliniċi ta' outpatients, tisħiħ tas-servizzi kollha, u faċilità biex persuni jkunu jistgħu jirċievu kura paljattiva, waqt li jkunu residenti għal numru żgħira ta' ġranet fih. Kompliet tispjega li għal dan il-għan, il-Hospice għandha bżonn il-fondi. Saħqet li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' entitajiet diversi, fosthom il-Gvern, istituzzjonijiet finanzjarji, u kumpaniji privati li jistgħu jkomplu jsostnu b’mod finanzjarju dan il-proġett. Gatt qalet li bl-għajnuna ta’ kulħadd, dan il-proġett meħtieġ ikun suċċess. Kenneth Delia, il-General Manager ta’ Hospice Malta saħaq fuq l-importanza li s-servizzi tal-Hospice jkunu dejjem servizzi ta' kwalità. Irrimarka li kull sena t-tim jagħmel 'il fuq minn 8,000 vista, b'effiċjenza, bi professjonalità, b'effettività u b'sodisfazzjon għall-pazjenti. Insista li dawn il-kwalitajiet huma importanti ħafna biex is-servizz li jingħata jkun tal-aktar kwalità għolja possibbli. Delia semma kif fl-2017: Nkomplu niddiskutu l-operat ta' Hospice Malta fil-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata fuq RTK103FM |