1,080 pazjent psikjatriku f’Monte Carmeli

Kważi żewġ pazjenti psikjatriċi minn kull tlieta fl-Isptar Monte Carmeli huma rġiel.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-Mistoqsija tad-Deputat Laburista Silvio Schembri.
Mizzi spjega li f’Settembru, il-pazjenti psikjatriċi rġiel kienu 724 b’etedja ta’ 34 sena waqt li l-pazjenti nisa kienu 363 b’eta medja ta’ 44 sena.
Matul l-aħħar 11-il sena, l-għadd ta’ pazjenti psikjatriċi f’dan l-isptar varja minn 1,036 fl-2004 għal 1,450 fl-2012.