​1,060 karozza u 295 mutur jaħdmu bl-elettriku

F’Malta hawn 1,061 karozza u 295 mutur jahdmu bl-elettriku
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg ħabbar fil-Parlament, li matul l-2017, kien hawn irreġistrati f’Malta 1,061 karozza u 295 mutur li jaħdmu bl-elettriku.
Fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, il-Ministru qal li fl-2013 in-numru ta' karozzi bl-elettriku kien 346 waqt li kien hemm 86 mutur, fl-2014 kien hemm 416-il vettura u 112-il mutur, fl-2015 524 karozza u 178 mutur u fl-2016 724 karozza u 244 mutur.