1,000 persuna f’Malta milquta mill-Epatite Ċ

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li f’Malta hawn madwar 1,000 persuna, li għandhom il-virus tal-Epatite Ċ.
Il-virus jittieħed minn kuntatt sesswali, użu ta’ siringi kkontaminati jew inkella trażmess mid-demm.
Huwa qal li l-Gvern għadu kemm ippubblika Strateġija Nazzjonali biex Malta ssir l-ewwel pajjiż fid-dinja li teqred l-Epatite Ċ sas-sena 2025.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija tal-membru parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg.