1,000 mara tħeġġeġ il-waqfien mill-gwerer u l-paċi fid-dinja

1,000 mara mill-Korea t’Isfel u minn diversi pajjiżi Ażjatiċi oħra, iffirmaw dikjarazzjoni li tħeġġeġ il-waqfien mill-gwerer u l-paċi fid-dinja.
Skont iċ-chairperson tal-International Women’s Peace Group, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Paċi fid-Dinja tkun tista’ tibda sseħħ meta n-nisa fid-dinja kollha jingħaqdu b’qalb ta’ omm u jaħdmu favur il-paċi.
Il-mira ta’ dan il-grupp internazzjonali hi li 3.6 biljun mara madwar id-dinja taħdem favur il-paċi.